Hemm biżżejjed provi biex Bojan Cmelik, is-Serb li kontrih qed jittieħdu passi fil-Qorti b’rabta mal-qtil tal-imprenditur Hugo Chetcuti, jitpoġġa formalment taħt att ta’ akkuża.
Iddikkjarat dan il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia wara li quddiemha bdiet il-kumpilazzjoni tal-evidenza.
Fi tmiem is-seduta tal-lum, li matulha kompliet tinġabar aktar evidenza, il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia qalet li mad-daqqa t’għajn hemm biżżejjed evidenza biex Cmelik jitpoġġa formalment taħt att ta’ akkuża.
L-atti tal-każ issa jgħaddu għand l-Avukat Ġenerali li jkollu żmien stipulat biex matulu joħroġ l-att ta’ akkuża. Wara l-kumpilazzjoni tal-evidenza quddiem il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia, il-każ imur quddiem il-Qorti Kriminali fejn ikun jista’ jgħaddi ġuri.
//= $special ?>Il-Qorti tordna li l-filmat tal-qtil ta’ Hugo Chetcuti ma jixxandarx fil-media