Il-ġimgħa l-ġdida bdiet b’numru ta’ operazzjonijiet posposti f’Mater Dei wara li żewġ teatri ma setgħux jitħaddmu minħabba nuqqas ta’ infermieri. L-MUMN ilha xhur tilmenta fuq il-pressjoni kbira li teżisti fuq l-infermiera tal-isptar, u kien għalhekk illi ftit ilu daħlu fis-seħħ numru ta’ direttivi – azzjonijiet li għadhom fis-seħħ.
Fost l-azzjonijiet li qed jittieħdu, l-infermieri ġew ordnati biex ma jipparteċipawx f’operazzjonijiet sakemm fit-teatru ma jkunx hemm in-numru stipulat ta’ staff.
Id-direttivi japplikaw għal 190 infermier li huma responsabbli mill-iscrub u l-anaesthetic, deputy charge, charge nurses u practice nurses.
B’kollox hemm 10 direttivi.
//= $special ?>