Aġġornata
Minn għada l-prezzijiet tal-fuel se joghlew. Fi stqarrija, intqal li b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2018, il-prezz tal-petrol u d-diesel se jkunu riveduti.
Il-prezz tal-petrol se jitla’ minn €1.31 il-litru għal €1.36 il-litru – jiġifieri żieda ta’ 5ċ.
Il-prezz tad-diesel se jitla’ minn €€1.18 il-litru għal €1.23 il-litru – jiġifieri żieda wkoll ta’ 5ċ.
Anke l-prezz tal-Petrol Super magħruf bħala E-Power se jogħla b’5 ċenteżmi minn €1.46 il-litru għal €1.51 il-litru.
L-aħbar li l-petrol u d-diesel se jkunu qed jogħlew waslet wara li fil-ġimgħat li għaddew ħarġet ukoll l-aħbar li anke l-ħobs għola. Lejn il-bidu ta’ Lulju, il-ħobs għola bejn 25 ċenteżmu u 30 ċenteżmu – li jfisser li l-prezz tal-ħobża tela’ għal madwar €1.10 ċenteżmi.
Dawn iż-żidiet kollha – fil-ħobs u issa anke fil-prezzijiet tal-petrol u d-diesel, huma mistennija li jkomplu jaffettwaw b’mod ħażin lil eluf ta’ individwi b’pagi baxxi u b’kirjiet għoljin ħafna.
U filwaqt li mill-Erbgħa kull min isuq se jibda jħallas 5 ċenteżmi iktar għal kull litru ta’ petrol u diesel li jixtri, il-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat ħareġ jgħid li qed iżomm il-prezzijiet tal-fuel stabbli.
Meta l-prezz tal-petrol u d-diesel kien raħas b’ċenteżmu wieħed, Joseph Muscat kien sejjaħ lill-media kollha għal konferenza tal-aħbarijiet urġenti. Wara li l-Enemed ħabbret li l-petrol u d-diesel se jogħlew b’5 ċenteżmi, ir-reazzjoni tal-Gvern kienet stqarrija li fiha l-Gvern ftaħar bil-politika tiegħu għall-qasam tal-fuel u qal li l-prezzijiet għolew minħabba l-prezzijiet internazzjonali.
//= $special ?>