Sport Waterpolo

Neptunes jirbħu mingħajr tbatija

(Ritratt: Martin Agius)

VALLETTA VIDEOSLOTS………. 5

NEPTUNES LEO VEGAS………. 18

(2-5), (1-4), (1-6), (1-3)

Neptunes Leo Vegas ftit sabu diffikultà biex għelbu lil Valletta Videoslots 18-5 f’konfront bla storja. Għal Neptunes din il-logħba kienet importanti biex jerġgħu isibu l-forma wara tliet ġimgħat mingħajr logħob kompetittiv.

L-avversarji tagħhom ftit offrew sfida hekk kif naqsu li jżommu r-ritmu tal-avversarji saħansitra mill-ewwel sessjoni, biex prattikament ġiet deċiża l-logħba fit-tieni sessjoni. Neptunes baqgħu jiddominaw, b’Valletta foqra biex tal-anqas jagħmlu l-iskor aktar rispettabbli.

Stevie u Jordan Camilleri fetħu l-partita b’żewġ gowls u minkejja li Toth naqqas id-distakk, Petar Muslim u Jeremy Abela komplew ikabbru l-iskor, b’Neptunes itemmu l-ewwel sessjoni 5-2. It-tieni gowl ta’ Charlie Zammit seta’ ta ftit tama lil Valletta, iżda erba’ gowls mingħajr risposta għamlu l-iskor 9-3 sal-ħin tal-mistrieħ.

Neptunes komplew id-dominanza fit-tielet sessjoni b’sitt gowls oħra skorjati minn doppjetti ta’ Stevie Camilleri u Jeremy Abela kif ukoll gowls ta’ Niki Lanzon u Jordan Camilleri. Marton Toth skorja għal Valletta minn penalty.

Fl-aħħar sessjoni li serviet biss biex jilagħbu aktar is-sostituti, Neptunes komplew ikabbru l-iskor biex spiċċa rebħu b’distakk ta’ 13-il gowl.

Valletta: R. Sciortino, J. Spiteri Staines, A. Agius, M. Mifsud, T. Agius (1), R. Mock, N. Farrugia, M. Toth (2), A. Mifsud, C. Zammit (2), K. Galea, R. Bonnici, M. Lanzon

Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon (1), K. Erdogan, G. Pace (2), P. Muslim (3), N. Zammit, S. Camilleri (6), J. Camilleri (2), J. Abela (4), M. Zammit, J. Muscat, M. Azzopardi, J. Parnis

Referees: Raffaele Colombo, Massimo Angileri

L-EWWEL DIVIŻJONI

Jirbaħ min kien l-aktar konċentrat

TA’ XBIEX AMIGOS…………….. 9

MARSAXLOKK BROWN’S……. 8

(1-1), (1-3), (3-1), (4-3)

Prestazzjoni pożittiva fit-tieni parti tal-logħba minn Ta’ Xbiex Amigos wasslet biex kisbu t-tieni rebħa tal-kampjonat, b’rebħa ta’ 9-8 fuq iċ-champions Marsaxlokk Brown’s Pharmacy. Partita li fiha Ta’ Xbiex baqgħu fil-logħba u ħadu vantaġġ min-nuqqas ta’ determinazzjoni li Marsaxlokk kellhom.

Bilanċ fl-ewwel sessjoni, b’Norbert Hosnyanszky iwieġeb għal gowl ta’ Nikola Dedovic. L-Ungeriż ta’ Marsaxlokk skorja doppjetta fit-tieni sessjoni, bl-iskor isir 4-1 b’gowl ta’ Bryan Buhagiar. Il-logħba dehret li setgħet tkun faċli għal Marsaxlokk, iżda l-gowl ta’ Niall Saliba ħalla lil Ta’ Xbiex jittamaw.

Huma rnexxielhom iġibu d-draw fit-tielet sessjoni bi tliet gowls konsekuttivi miż-żgħażagħ Malcolm Manara, Liam Galea u Gareth Blundell. Kif mistenni, l-aħħar sessjoni kienet aktar movimentata. Keith Tanti u Benji Cachia taw vantaġġ doppju lil Ta’ Xbiex, iżda Marsaxlokk ġabu d-draw.

Madankollu reġa’ kien Keith Tanti u man-up maħdum tajjeb minn Malcolm Manara li taw vantaġġ doppju li kien determinanti. Claudio Spiteri Debarro ħalla lil Marsaxlokk jittamaw iżda ma kienx għad fadal biżżejjed ħin biex isalvaw il-logħba.

Ta’ Xbiex: M. Vassallo, R. Greco, M. Manara (2), L. Hyzler, B. Cachia (1), K. Mock, G. Blundell (1), N. Dedovic (1), L. Galea (1), G. Sammut, K. Tanti (2), N. Saliba (1), A. Theuma

Marsaxlokk: R. Coleiro, C. Spiteri Debarro (3), L. Calleja, C. Bonello, C. Gialanze, N. Hosnyanszky (4), M. Pace, M. Rizzo, B. Buhagiar (1), L. Saliba, K. Lanzon, J. Galea, A. Xuereb

Referees: Stefan Licari, Daniele Bianco