Il-Junior Choir and Orchestra, fi ħdan l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tal-Mellieħa, se tfakkar l-10 anniversarju mit-twaqqif tagħha permezz tal-kunċert annwali tal-Erbgħa 1 t’Awwissu fis-7.30 ta’ filgħaxja.
Għażla vasta ta’ mużika klassika, pop, moderna u tal-films fost l-oħrajn se żżewwaq dan il-kunċert minn din l-orkestra żagħżugħa, li se jittella’ biswit is-sede tal-istess għaqda fi Triq il-Parroċċa, il-Mellieħa, taħt id-direzzjoni ta’ Wayne Bartolo u Susanne Bonello.
Qabel ma jingħata bidu għal dan il-kunċert, l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina se żżanżan l-arblu l-ġdid uffiċjali tagħha, bit-tlugħ tal-bandiera l-ġdida.
L-appuntament annwali li jsegwi għal din l-Għaqda ikun il-kunċert annwali tal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tas-Sibt 1 ta’ Settembru fil-Pjazza tal-Parroċċa fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Marija Bambina fil-Mellieħa, kunċert li kiseb popolarita’ kbira u li jkun mistenni minn ħafna.
//= $special ?>