Internazzjonali

Vapur Taljan isalva l-immigranti u jeħodhom il-Libja

Azzjoni storika li qatt ma saret qabel

Għall-ewwel darba, bastiment Taljan wassal grupp ta’ immigranti lura lejn il-kosta Libjana wara li dawn ġew salvati.

Kien il-bastiment Asso 28, vapur li jaħdem ma’ rig taż-żejt, illi wettaq dan is-salvataġġ. It-Taljani salvaw 108 immigranti li kienu fuq dinghy.

L-immigranti ittieħdu lejn il-port ta’ Tripli.

Intant, f’Sirakuża fl-aħħar sigħat daħlu 40 Pakistani fuq dgħajsa bil-qlugħ.