Lokali

Wirja ta’ wirt storiku fil-Belt Valletta

Il-Belt Valletta dejjem kellha fiha il-komunità tad-Dumnikani fl-istorja; storja li tmur lura għal madwar 500 sena ilu. Heritage Malta flimkien mad-Dumnikani tal-Belt Valletta qed itellgħu esebizzjoni li tikkonsisti f’wirt artistiku.

Il-knisja tad-Dumnikani kienet l-ewwel waħda f’Malta li ġiet iddikjarata bħala bażilika. Bħalissa fil-Knisja hemm xi oġġetti li jinsabu fil-wirja, li ngħataw minn Heritage Malta lil kappillan hekk kif fi tmiem din il-ġimgħa se tkun qed tiċċelebra l-festa ta’ San Duminku.

Il-kappillan tal-Knisja tad-Dumnikani, Fr. Michael Camilleri, qalilna kif din is-sena l-festa ta’ San Duminku fil-Belt Valletta se tkun speċjali permezz ta’ din il-wirja.

Il-wirja qed issir fil-Kunvent tad-Dumnikani fil-Belt Valleta u għandha miftuħa kuljum sas-7 ta’ Ottubru mill-10 ta’ filgħodu sal-4 ta’ wara nofsinhar. Is-Sibt 4 t’Awwissu u l-Ħadd 5 t’Awwissu l-wirja se tibqa’ miftuħa sat-8 ta’ filgħaxija.

Ritratti: Martin Agius