Internazzjonali

Allert fi 18-il belt Taljana minħabba s-sħana

Il-Ministeru tas-Saħħa Taljan poġġa 18-il belt fuq l-allert massimu għall-ġurnata tal-Ħamis. Dan minħabba s-sħana li qed ikun imbassar li se tiżdied. L-agħar li qed ikun imbassar li se jintlaqtu huma t-Tramuntana u ċ-Ċentru tal-Italja, bil-bliet ta’ Bolzano, Bologna, Brescia, Campobasso, Firenze, Frosinone, Genoa, Latina, Milan, Perugia, Pescara, Rieti, Ruma, Torino, Trieste, Venezja, Verona u Viterbo fejn qed ikun imbassar li t-temperatura se tkun ta’ madwar 40 Celsius.
Min-naħa l-oħra Sqallija qed ikun imbassar li t-temperatura se tkun madwar it-38 Celsius. .