il-karozza kienet misjuqa minn ġuvni ta' 23 sena
Anzjana sofriet ġrieħi serji wara li ttajret minn karozza f’Ħal Qormi.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-5am fi Triq San Bartilmew. Il-vettura kienet misjuqa minn ġuvni Karkariż ta’ 23 sena.
Fil-post waslu l-Pulizija u anke ambulanza li ħadet lill-anzjana l-Isptar Mater Dei.
Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejin.
//= $special ?>