Futbol Sport

FILMAT: Fred joffri xaqq ta’ tama għall-partitarji ta’ Man. United

Ħafna għadhom qed jistennew li r-Red Devils jixtru plejer ta' stoffa kbira dan is-Sajf

L-effett ‘Samba’ spikka fil-logħba ta’ ħbiberija bejn Manchester United u Real Madrid – partita li ntrebħet bl-iskor ta’ 2-1 mir-Red Devils, u li temmet il-pre-season għat-tim ta’ Jose’ Mourinho.

Ħafna partitarji ta’ United kienu impressjonati bl-azzjonijiet personali tal-Brażiljan Fred. Diversi drabi deher idawwar il-ballun b’faċilita’ kbira, jagħmel mossi tekniċi tipiċi tas-Sud Amerikani filwaqt li bħal donnu integra sew mal-bqija ta’ sħabu.

F’din il-partita, Fred nessa xi ftit mid-dgergir li għaddej fost il-partitarji tar-Red Devils hekk kif ftit li xejn kienu attivi fis-suq tat-trasferimenti.

Ħafna qed jittamaw li qabel jibda l-istaġun, Mourinho jirreġistra l-akkwist ta’ aktar plejers ġodda.

Mhux magħruf lanqas jekk hemmx elementi li se jħallu l-klabb.