Il-President mhux eżekuttiv ta’ Mercedes Niki Lauda jinsab jirkupra l-isptar ta’ Vienna wara li saħansitra kien fil-kura intensiva minħabba attakk qawwi tal-influwenza waqt li kien f’vaganza Ibiża. Issa ma jinsabx aktar fil-periklu tal-mewt u mistenni joħroġ mill-isptar fil-jiem li ġejjin.
Lauda li għandu 69 sena, ilu rikoverat f’Vienna għal madwar ġimagħtejn u proprju ma kienx preżenti fl-aħħar żewġ tiġrijiet f’Hockenheim u Budapest. Jekk kollox imur kif mistenni, Lauda mistenni jkun preżenti għat-tiġrija li jmiss fiċ-ċirkwit ta’ Spa Francorchamps fil-Belġju.
Din l-aħbar ħarġet eżatt ma’ dak li kien seħħ 42 sena ilu. Dakinhar l-eks sewwieq kien tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu waqt il-Grand Prix tal-Ġermanja f’Nürburgring b’kawża tax-xita. L-impatt kien vjolenti u Lauda kien anki tilef il-helmet.
Il-karozza Ferrari tiegħu kienet spiċċat f’nofs iċ-ċirkwit u ħadet in-nar. Lauda li kien qed jissielet għall-kampjonat ma’ Hunt, kien salva grazzi għall-interventi ta’ sewwieqa oħra Guy Edwards, Brett Lunger, Harald Ertl u Arturo Merzario li kienu ħarġuh malajr mill-periklu.
//= $special ?>