Il-President ta’ Floriana Riccardo Gaucci u l-eks President tal-klabb Johann Said waslu fi ftehim biex il-kuntratt ta’ qbil bejniethom ikun estiż b’sena oħra. Gaucci kien laħaq ftehim ma’ Said biex ikopri l-investiment importanti li hu kien għamel għall-klabb bejn l-2010 u l-2012. Dan il-ftehim ta’ tliet snin għalaq il-Ġimgħa li għadda.
Fi stqarrija maħruġa mill-klabb Furjaniż, iż-żewġ naħat qablu li l-investiment imwettaq minn Johann Said (bl-approvazzjoni tal-kumitat ta’ dak iż-żmien), kemm fit-tim kif ukoll fl-infrastruttura tal-klabb kien neċessarju u għadu qed irendi l-frott favur Floriana.
Il-ħsieb ta’ Gaucci hu li jmexxi żvilupp li jwassal għal setup professjonali li jiggarantixxi futur sostenibbli għall-Gaucci u Said qablu li l-estensjoni tal-ftehim bejn it-tnejn hi l-aħjar triq fl-interess ta’ Floriana FC u għamlu wegħda li jimpenjaw ruħhom f’kull koperazzjoni li l-klabb ikollu bżonn.
Fiż-żmien tagħhom bħala Presidenti, it-tnejn irnexxielhom jirbħu l-FA Trophy, li kienu l-uniċi trofew mirbuħa minn Floriana fl-aħħar żewġ diċenji.
//= $special ?>