Il-petrol u d-diesel għola b’5 ċenteżmi – u l-Gvern Laburista f’konferenza tal-aħbarijiet li ma kelliex x’taqsam mas-suġġett – prova jsib skuża għalfejn għamel din iż-żieda.
F’risposta għad-domandi mill-ġurnalisti, id-deputat Prim Ministru Chris Fearne prova jsib skuża għall-Gvern dwar din iż-żieda – u qabbel il-prezz tal-petrol u d-diesel illum ma’ dak li kien waqt il-kriżi tal-prezzijiet taż-żejt fl-2013 – meta sploda l-prezz internazzjonali taż-żejt.
Pero wieħed jistaqsi x’kienet ir-raġuni li d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ħarab milli jqabbel il-prezz internazzjonali taż-żejt kif inhu llum, ma’ dak li kien ħames snin ilu?
Il-prezz internazzjonali taż-żejt illum hu ta’ 71 dollaru Amerikan il-barmil, filwaqt li fl-2013 il-prezz kien ta’ 109 dollaru Amerikan il-Barmil – jiġifieri il-prezz totali illum hu irħas b’35% fil-prezz taż-żejt.
Minn naħa l-oħra, l-prezz tad-diesel u l-petrol illum hu irħas b’medja ta’ 12% – dan hekk kif fl-2013, id-diesel kien 17-il ċenteżmu għola u l-prezz tal-petrol kien ta’ 15-il ċenteżmu għola. Dan fisser li hemm diskrepenza ta’ 23 fil-mija bejn il-prezz taż-żejt u l-prezz tal-fjuwil li qed jinbiegħ lill-konsumatur Malti. Għalhekk wieħed jistaqsi fejn qed imorru dawn id-differenzi.
//= $special ?>