SLIEMA FRANK SALT……… 12
SIRENS GREENTUBE……….. 6
(4-1), (4-1), (1-0), (3-4)
Sliema Frank Salt reġgħu jinsabu punti ndaqs ma’ Neptunes fil-klassifika, b’rebħa konvinċenti ta’ 12-6 fuq Sirens Greentube. Determinanti għas-Slimiżi kien il-bidu b’saħħtu li kellhom hekk kif setgħu jamministraw mingħajr problemi. Sirens għadhom qed isibuha diffiċli li jesprimu l-aħjar logħob tagħhom, fejn mhux qed ikunu solidi fid-difiża filwaqt li qed ikunu statiċi fl-attakk.
Sliema daħlu jistrieħu 8-2 minn fuq fi tmiem it-tieni sessjoni, anki jekk kellhom lil Michael Spiteri Staines u Jerome Gabaretta li ma setgħux ikomplu l-logħba minħabba li tkeċċew. Dak il-ħin kellhom vantaġġ ta’ erba’ gowls, iżda Sliema baqgħu jiddettaw il-logħob u bil-prestazzjoni taż-żewġ timijiet, ma kinitx sorpriża li l-vantaġġ kompla jikber.
Fit-tielet sessjoni kien biss David Fenech li skorja, b’lob preċiż fuq Nicholas Grixti, hekk kif Sliema amministraw il-logħba u temmew kull tama li Sirens setgħu b’xi mod jidħlu fil-logħba. Bil-partita deċiża, l-aħħar sessjoni kienet biss formalità, bil-kowċ Slimiż Sergio Afric ikompli jdawwar l-iskwadra tiegħu, filwaqt li Sirens irnexxielhom jagħmlu l-iskor ftit rispettabbli.
Sliema: J. Sammut, J. Gabarretta, C. Presciutti (4), M. Carani, M. Meli, K. Dowling, M. Spiteri Staines (1), D. Fenech (1), M. Cordina (1), J. Gambin (1), Z. Mizzi (2), N. Bugelli (2), Z. Sciberras
Sirens: N. Grixti, P. Privitera, E. Aquilina (1), N. Bicari (4), M. Grech, I. Riolo, C. Mercieca, J. Sciberras (1), J. Napier, G. Sammut, L. Caruana, J. Brownrigg, G. Galea Curmi
Referees: Mario Dalli, Raffaele Colombo
Ebda diffikultà għal San Ġiljan
EXILES ELIA CATERERS…… 9
SAN ĠILJAN TUM INVEST… 13
(0-3), (2-4), (2-5), (5-1)
Iċ-champions San Ġiljan TUM Invest komplew fejn ħallew qabel il-waqfa b’rebħa meritata u li ftit sabu diffikultà. L-iskor finali spiċċa hekk wara li fl-aħħar sessjoni Exiles skorjaw ħames darbiet konsekuttivi, bil-kowċ ta’ San Ġiljan juża aktar plejers minn dawk regolari.
Din kienet l-ewwel logħba mingħajr il-plejer importanti Dino Zammit, bil-kowċ Orlovic għad irid jara jekk l-effett tan-nuqqas tiegħu hux se tkun determinanti fuq il-kumplament tat-tim.
Exiles kellhom prestazzjoni fqira fejn naqsu li jiskorjaw xi okkażjonijiet lejn tmiem l-ewwel sessjoni u l-bidu tat-tieni waħda, b’San Ġiljan jiskorjaw faċilment biex għalqu l-logħba kmieni.
Bidu tajjeb minn San Ġiljan li fetħu vantaġġ ta’ tliet gowls fl-ewwel sessjoni permezz ta’ Peter Borg, Paul Fava, Matthew Zammit. Exiles kienu ftit sfortunati li ma naqqsux id-distakk qabel, iżda l-Ġiljaniżi ma ħafrux u saħansitra marru 5-0 minn fuq.
Kienu gowls ta’ Andrea Bianchi u Philip Paris li setgħu taw ċans lil Exiles, iżda reazzjoni immedjata ta’ San Ġiljan wasslet biex għalqu t-tieni sessjoni 7-2 minn fuq b’gowls minn Paul Fava u Matthew Zammit.
It-tim ta’ Orlovic baqa’ jiddomina anki fit-tielet sessjoni, b’nuqqas ta’ markament fid-difiża ta’ Exiles. Doppjetti ta’ Matthew Zammit u Paulo Obradovic komplew jagħmlu l-iskor dominanti, b’San Ġiljan imorru 11-2 fil-vantaġġ, b’Exiles jiskorjaw darbtejn, sakemm Ben Plumpton għamilhom 12-4.
Matthew Zammit kompla jkabbar l-iskor fl-aħħar sessjoni, sakemm Exiles bdew jistejqru ftit, fejn irnexxielhom jiskorjaw ħames gowls konsekuttivi biex temmew il-logħba 13-9.
Exiles: M. Castillo, M. Fenech (1), A. Bianchi (2), M. Stellini, T. Sullivan, S. Xerri de Caro, S. Nikic (1), K. Griscti, N. Paris (1), A. Cousin (1), B. Lanzon (2), P. Paris (1), M. Martin
San Ġiljan: J. Tanti, P. Borg (1), A. Galea, B. Grech, C. Farrugia, M. Zammit (6), B. Plumpton (1), Da. Zammit, T. Said, P. Obradovic (3), P. Fava (2), D. Ciantar, T. Micallef
Referees: Daniele Bianco, Peter Balzan
L-EWWEL DIVIŻJONI
MARSASKALA TRANSCRIPTA…… 6
BIRŻEBBUĠA FREEPORT…………. 7
(2-1), (2-1), (1-2), (1-3)
Birżebbuġa Freeport komplew isaħħu posthom fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni b’rebħa fuq Marsaskala Transcripta 7-6. Tliet punti li waslu lejn it-tmiem u ppermettew lit-tim ta’ Marco Risso li jkompli jersaq biex jassigura l-ewwel post qabel il-play-offs.
Marsaskala rebħu l-ewwel sessjoni 2-1 b’gowls minn Rheinhard Attard u Jean Claude Cutajar, b’David Pace Lupi jġib id-draw momentarjament. David Cutajar ġab id-draw, iżda doppjetta ta’ Andrija Vlahovic daħħlet lit-tim ta’ Pierre Borg 4-2 minn fuq.
Birżebbuġa rkupraw l-iżvantaġġ fit-tielet sessjoni, iżda t-tielet gowl fil-logħba ta’ Vlahovic żamm lil Marsaskala 5-4 minn fuq qabel l-aħħar sessjoni. Iżda fl-aħħar tmien minuti, Birżebbuġa rnexxielhom idawru l-iżvantaġġ għall-ewwel darba, meta wara David Pace Lupi għamel l-iskor 6-6, kien Sergi Mora li fl-aħħar attakk tat-tim tiegħu skorja l-gowl rebbieħ.
Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), E. Carabot, D. Borg Millo, A. Vlahovic (3), L. Grixti, K. Navarro, J. Busuttil, J. Bajada, C. Mifsud (1), D. Cassar, R. Attard (1), J. Cremona
Birżebbuġa: D. Abela, M. Borg, N. Cassar (1), D. Pace Lupi (3), S. Mora (1), J. Rizzo Naudi, M. Ortoleva, D. Cutajar (2), S. Micallef, M. Cutajar, K. Rizzo Naudi, J. Zerafa Gregory, D. Spiteri
Referees: Ronnie Spiteri, Daniele Bianco
//= $special ?>