Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech awtorizzat il-bejgħ ta’ appartament fir-Rabat liema appartamenti jinsabu fiċ-ċentru ta’ investigazzjoni dwar korruzzjoni minn eks-uffiċjal tal-Fondazzjoni għall-iskejjel t’Għada Edward Caruana,
Il-maġistrat Frendo Dimech awtorizzat dan il-bejgħ bil-kundizzjoni li l-flus li jidħlu minn dan il-bejgħ imorru f’kont indikat mill-qorti li fih ikun applikat l-iffriżar impost mill-qorti fuq l-assi ta’ Edward Caruana.
F’każ ta’ ħtija Edward Caruana ikun irid irodd lura l-flus u l-propjetà kollu miksuba b’korruzzjoni lill-istat.
Edward Caruana ta’ 58 sena mir-Rabat u li kien kanvaser qrib ħafna tal-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo kien akkużat b’korruzzjoni ta’ mijiet ta’ eluf ta’ ewro f’fondi pubbliċi.
Hu kien tressaq il-Qorti akkużat aktar minn sena wara minn meta kien sospiż mix-xogħol tiegħu bħala manager tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada. Mill-perjodu li kien sospiż sakemm tressaq quddiem il-Qorti, Caruana kien laħaq trasferixxa żewġ appartamenti fuq uliedu kif ukoll biegħ ieħor għall-prezz ta’ 170, ewro.
Il-każ ta’ Edward Caruana, li kellu paga li taqbeż il-€50,000 kien inkixef wara li allegatament kien talab kuntrattur Għawdxi s-somma ta’ €30,000 biex ikun jassiguralu li jagħmel xogħol fis-sixth form t’Għawdex.
Dan il-każ kien wassal ukoll biex irriżenja l-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Philip Rizzo li ta lill-pulizija evidenza li kienet turi l-aġir ta’ Caruana. Philip Rizzo kien akkuża lil Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo li kien għamel ġimgħat jipprova jipperswadih ma jagħmilx rapport lill-pulizija kontra Edward Caruana.
//= $special ?>