Żagħżugħ Skoċċiż ta’ 22 sena, Kieran Lenagh, tressaq il-Qorti wara li kkawża ħsarat fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika matul il-lejl li għadda.
Il-każ seħħ bejn l-4am u l-5am, bl-Iskoċċiż jagħmel ħsara f’bieb tal-injam u tal-ħġieġ tal-NSO, kiser l-ordni u l-paċi pubblika u kien fis-sakra fil-pubbliku.
Lenagh wieġeb li huwa ħati ta’ dawn l-akkużi u li hu f’pożizzjoni li jsewwi d-danni.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Monika Vella kkundannatu sitt xhur ħabs sospiżi għal tliet snin filwaqt li ordnatu jħallas €1,360 f’danni.
Il-prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur Alfredo Mangion.
Lenagh kien assistit mill-avukat tal-għajnuna legali Noel Bartolo.
//= $special ?>