Lokali Saħħa

TISSOKTA L-PROBLEMA: Nuqqas ta’ tobba fl-isptar ta’ Għawdex

L-isptar ta’ Għawdex se jkun qed jesperjenza aktar dewmien mil-lum wara li hemm nuqqas ta’ konsulenti mediċi u tobba. Dan ġie rrappurtat mill-MaltaToday. Rapporti qed jgħidu li d-dipartiment tal-mediċina se jkun l-aktar milqut wara li dan jara madwar tliet kwarti tal-pazjenti kollha li jagħmlu użu minn dan l-isptar.

L-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, minn April li għadda beda jitmexxa, minn Steward Health Care, dan flimkien ma’ dak ta’ San Luqa u Karen Grech. Eventwalment ġie ffirmat wkoll qbil bejn il-Gvern u l-MAM, l-assoċjazzjoni tat-tobba, biex ir-riklutaġġ tat-tobba f’dan l-isptarijiet jibqa’ taħt il-gvern.

Ġie kkonfermat li bħalissa Steward Health Care qed tbati biex tleħħaq mad-domanda tal-isptar.

Il-problema minn hemm bdiet tippersisti aktar u infatti f’Mejju l-Gvern ħabbar li beda proċess ta’ riklutaġġ għall-isptar t’Għawdex, filwaqt li wkoll konsulenti minn Mater Dei bdew jitilgħu Għawdex fuq bażi ta’ roster. Madankollu s’issa s-sorsi qed jgħidu li l-ebda konsulent jew tabib ma ddaħħal, anzi oppost ta’ dan, it-tobba aktar komplew jonqsu.

F’kuntatt li sar ma’ Steward Health Care ġie kkonfermat li bħalissa qed tbati biex tleħħaq mad-domanda tal-isptar.

Wara kuntatt ma’ kelliem tal-Ministeru tas-saħħa ntqal li hemm numru ta’ postijiet ta’ konsulenza li jridu jimtlew u li ġew imħabbra mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Fost dawk li ħarget is-sejha għalihom hemm konsulenti fil-kardjoloġija, nuroloġija, mediċina tal-emerġenza, microbiology, baromedicine, pedjatrija u mediċina ġenerali.