Fil-Qorti illum instemgħet l-istorja xokkanti ta’ tifla ta’ 14-il sena li ġiet salvata mill-Pulizija wara li ftit tal-jiem ilu dawn sabuha fit-triq, mitluqa barra weħidha – tifla li ġie stuprata u abbużata diversi drabi minn żewġt irġiel, li anke użawha għal skop ta’ prostituzzjoni biex idaħħlu l-flus minn fuqha.
L-irġiel wieġbu mhux ħatja tal-akkużi meta llum dehru quddiem il-Maġistrat Monica Vella.
Iż-żewġ akkużati huma Ismael Alirou min-Niġer li għandu 28 sena, u Adama Tonkara mill-Mali li wkoll għandu 28 sena.
Il-prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Roxanne Tabone, akkużat liż-żewġ żgħażagħ li kkorrompew lit-tifla, stuprawha, u daħħluha fil-prostituzzjoni sabiex jagħmlu qliegħ minn fuq darha. Tabone spjegat li wieħed mill-akkużati jgħix barra fit-triq u m’għandux indirizz fiss. L-ieħor jgħix f’garaxx fil-Ħamrun ma’ tmienja oħra.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għal-liberta’ proviżorja.
//= $special ?>