Futbol Sport

Balzan jibdew fis-Slovakkja b’vantaġġ ta’ gowl

Wara li għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom għaddew minn rawnd ta’ kompetizzjoni Ewropea, Balzan se jkunu qed ifittxu li saħansitra jgħaddu għat-tielet meta jilagħbu fis-Slovakkja kontra Slovan Bratislava.

Ġimgħa ilu, Balzan tista’ tgħid li wettqu sorpriża meta rebħu tim aktar kwotat minnhom fis-Centenary Stadium. Iżda l-prestazzjoni tal-Balzanin kienet pożittiva.

Qabel l-ewwel logħba, il-kowċ Marco Micovic kien qal li minkejja d-differenza fil-kwalità bejn iż-żewġ timijiet, fil-futbol kollox jista jiġri. Żgur li wara l-prestazzjoni tal-ewwel leg, Micovic hu aktar ottimist li t-tim jista’ jagħmilha għat-tielet rawnd.

Slovan Bratislava se jkunu qed jittamaw li l-gowl skorjat minn Vukan Savicevic fl-aħħar kwarta, ikun ta’ stimolu, konxji mill-fatt li s-Slovakki jikkwalifikaw b’rebħa ta’ 1-0. Il-logħba tibda fis-7.30pm.