Balzan naqsu li jikkwalifikaw għat-tielet rawnd b’telfa ta’ 3-1 kontra Slovan Bratislava biex kienu eliminati b’aggregate ta’ 4-3, wara li ġimgħa ilu rebħu 2-1 f’pajjiżna.
Aleksandar Cavric fetaħ l-iskor wara seba’ minuti, bit-tim Malti jikkontrolla lill-avversarji sa tmiem l-ewwel taqsima. Tlettax-il minuta fit-tieni taqsima, Slovan Bratislava ngħataw penalty għal fawl ta’ Serrano Valero, iżda mill-11-il metru, Steve Sultana salva tajjeb ix-xutt ta’ Cavric.
Andraz Sporar irdoppja l-iskor fis-70 minuta, biex minuta wara, l-istess plejer għamilhom 3-0. Balzan reġgħu daħlu fil-logħba fis-77 minuta permezz ta’ Carlos de Fiori Mendes u fl-aħħar minuti tal-logħba pruvaw isibu l-gowl tal-kwalifikazzjoni iżda ma rnexxielhomx jinfdu lid-difiża avversarja.
//= $special ?>