Lokali Qorti

Bouncers ħatja li weġġgħu żewġ żgħażagħ Maltin

Iż-żewġ barranin ingħataw sentenza sospiża

Żewġt barranin instabu ħatja mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech wara li tressqu llum il-Qorti akkużati li darbu gravi lil Nicholas Aquilina u weġġgħu ħafif lil Larkin Stafrace waqt argument jaħraq li seħħ f’Paceville.

Il-barranin huma Miroslav Sasic li huwa Kroat, u Nicolae Dobra ta’ nazzjonalità Rumena.

Il-Maltin weġġgħu waqt ġlieda fi stabbiliment f’Paceville fl-24 ta’ Frar ta’ sentejn ilu. Iż-żewġ barranin kien jaħdmu bħala bouncers fi klabb.

Wara li l-akkużat ammettew l-akkużi, Miroslav Sasic ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin, waqt li Nicolae Dobra kien ikkundannat 22 xahar ħabs sospiżi għal erba’ snin.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Elton Taliana.