Wara li għal aktar minn darba dan is-sajf, il-bajja tax-Xatt l-Aħmar spiċċat vittma ta’ sbruffar ta’ drenaġġ, il-Kunsill Lokali Ghajnsielem esprima d-dispjaċir kbir tiegħu li minkejja li mhix responsabilita’ tiegħu, qiegħed kontinwament jagħmel rapporti u pressjoni mal-awtoritajiet kompetenti.
Minkejja dan, din il-problema baqgħet tippersisti u dan qed isir b’dettriment għas-saħħa tal-pubbliku, għall-hajja tal-ispeċi tal-bahar, għat-turizmu u s-settur tad-diving.
Il-Kunsill fi stqarrija appella lill-awtoritajiet sabiex jikkunsidraw din il-problema b’mod ħolistiku u bl-akbar serjeta’ biex tissollva darba għal dejjem b’effett immedjat.
Il-Kunsill ta’ Għajnsielem irringrazzja lill-pubbliku li mal-ewwel infurmah b’din is-sitwazzjoni.
//= $special ?>