Lokali Temp

Għada mbassra x-xita

83% ċans illi tagħmel ix-xita matul il-jum

Ninsabu fl-eqqel tas-Sajf, imma kif kważi jiġri dejjem f’Awwissu, dik in-naqra xita ma tonqosx. U x-xahar ta’ Santa Marija dejjem ikun immarkat bi ftit (jew wisq) xita.

Skont is-sit weathermalta.com, matul il-ġurnata tal-Ġimgħa se tkun 83% il-possibilta’ li tagħmel xita. Dan filwaqt li t-tbassir għal tmiem il-ġimgħa hu li t-temp se jkun imsaħħab.

It-temperaturi se jkunu jinħassu daqs li kienu 38 grad.

Sentejn ilu Awwissu kien immarkat bi tliet ijiem ta’ xita fil-ġimgħa ta’ Santa Marija.