Iċ-champions Victoria Hotspurs se jibdew jiddefendu t-titlu mirbuħ l-istaġun li għadda b’konfront dirett kontra Nadur Youngsters, hekk kif ilbieraħ fl-uffiċini tal-GFA telgħu l-poloz taż-żewġ kampjonati kif ukoll it-Tazza GFA.
Il-Poloz ittellgħu minn Horace Laudi, Eżekuttiv għal Għawdex fi ħdan il-Bank of Valletta u Samuel Azzopardi, President tal-Gozo Football Association.
Azzopardi irringrazzja lill-Bank of Valletta għall-appoġġ kontinwu tiegħu u qal “iż-żieda fl-interess fil-futbol f’Għawdex hija katalista għall-entużjażmu tal-klabbs, il-plejers u l-kumitati tagħhom. L-akkwisti interessanti ta’ plejers matul is-sajf se jiżgura staġun eċċitanti ieħor fl-isport ewlieni f’Għawdex”.
Horace Laudi qal li fl-aħħar staġuni kien hemm titjib konsiderevoli fil-futbol Għawdxi u bħala Bank jinsabu kburin li se jerġgħu jkunu s-sieħeb ewlieni tal-GFA. Hu rringrazzja lill-kumitati tal-klabbs kollha u lill-GFA tal-ħin u l-enerġija tagħhom biex jagħmlu l-kompetizzjonijiet possibbli.
L-ewwel ġurnata tal-Ewwel Diviżjoni
Nadur Y. v Victoria H.
Għarb R. v Għajnsielem
Munxar F. v Kerċem A.
Xewkija T. v SK Victoria W.
L-ewwel ġurnata tat-Tieni Diviżjoni
Oratory Y. v St. Lawrence S.
Qala S. v Sannat L.
Xagħra U. v Żebbuġ R.
Tazza GFA
Rawnd Preliminari
2 ta’ Novembru 2018
Qala S. v Żebbuġ R.
Oratory Y. v Nadur Y.
3 ta’ Novembru 2018
Għajnsielem v Kerċem A.
Victoria H. v Xagħra U.
4 ta’ Novembru 2018
St. Lawrence S. v Munxar F.
Għarb R. v SK Victoria W.
//= $special ?>