Internazzjonali

Il-Knisja Kattolika kontra l-piena tal-mewt f’kull każ

Il-Knisja Kattolika ħabbret bidla fid-duttrina rigward il-piena tal-mewt biex issa hi kontra f’kull każ fejn tkun se tintuża.
F’dokument li kien pubblikat il-Ħamis, il-Papa Franġisku qal li l-piena tal-mewt kienet ħażina f’kull każ għaliex tattakka d-dinjità tal-bnedmin kollha.
Il-Vatikan qal li l-Papa approva l-bidla tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika dwar il-piena tal-mewt fid-dokument magħruf bħala Katekiżmu No. 2267 li kien approvat f’Mejju imma pubblikat illum.
Qabel il-linja tal-Knisja kienet li l-piena kapitali ma kenitx imwarrab jekk din l-unika mezz possibbli li l-ħajja tal-bniedem tkun difiża kontra “aggresur inġust”.
It-tagħlim ġdid qal li l-linja preċedenti kienet antikwata u kien hemm mezzi oħra kif wieħed seta’ jipproteġi l-ġid komuni.
Intqal li l-Knisja Kattolika kienet se taħdem b’determinazzjoni biex il-piena tal-mewt tiġi abbolita madwar id-dinja.