Chris J. Delicata ġie elett bħala President tal-Assoċjazzjoni Maltija tad-Dijabete għall-perijodu 2018 – 2020. Delicata se jkun is-suċċessur ta’ Anna Zammit McKeon li kienet ilha 20 sena fil-Presidenza tal-assoċjazzjoni. Għalkemm iddeċidiet li ma terġax tikkontesta biex tmexxi din l-għaqda, hi se tibqa’ involuta bħala membru fil-kumitat amministrattiv.
Chris J. Delicata ilu snin involut fl-għaqdiet tad-dijabete, kemm f’Malta kif ukoll barra. Preżentament, hu awditur onorarju tal-Allejanza Ewropea għar-Riċerka fuq id-dijabete, u Co-Chair tan-Network Parlamentari Dinji.
Delicata ilu fil-Maltese Diabetes Association mill-2001 fejn serva bħala Viċi President u Teżorier.
//= $special ?>