Diversi pajjiżi Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma’ problemi ta’ bram fosthom il-Ġermanja u l-Iżvezja.
Fil-Ġermanja, f’bajja waħda 90 persuna kellhom jingħataw kura minħabba tingiż tal-bram.
i tmiem il-ġimgħa li għaddiet tul diversi bajjiet fil-Ġermanja kien hemm invażjoni ta’ bram għalkemm issa din battiet. Imma esperti fakkru li dawn jiċċaqalqu bil-kurrenti jew ir-riħ u jista’ jkun hemm ritorn tagħhom.
Tul il-kosta fil-Punent tal-Iżvezja tfaċċa tip ta’ bram li ilu ma jintlemaħ 88 sena magħruf bħala clinging jellyfish.
Irqajja’ kbar ta’ bram qed jintlemħu wkoll barra l-kosta tar-Renju Unit u l-Irlanda. Hawn l-aktar li qed jintlemħu huma dawk magħrufa bħala Lion Mane Jellyfish.
Fi Franza wkoll qed jintelmħu ammont akbar mis-soltu ta’ bram.
//= $special ?>

