Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident
Familja b’tarbija inqabdu f’appartament li inħakem min-nirien aktar kmieni illum f’Għawdex – nirien li ġew kontrollati fi ftit ħin minn membri tal-Protezzjoni Ċvili.
Il-każ seħħ fi Triq Malta, Għajnsielem.
Net News jista’ jikkonferma li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Sorsi qed jindikaw li n-nar beda minn unit tal-aircondition, għalkemm dan għad isir jiġi konfermat.
//= $special ?>