L-attakkant ta’ Manchester City Gabriel Jesus iffirma kuntratt ġdid li se jżommu mal-klabb sal-2023. Jesus li għandu 21 sena, ingħaqad ma’ Manchester City mingħand il-klabb Brażiljan Palmeiras għal €30 miljun f’Jannar tas-sena l-oħra.
Fl-istaġun tad-debutt tiegħu, hu skorja seba’ gowls fi 11-il logħba, u l-istaġun li għadda sab ix-xibka 17-il darba hekk kif Manchester City rebħu l-Premier League u l-League Cup.
Jesus kien ukoll parti mit-tim Brażiljan fit-Tazza tad-Dinja fejn beda kull logħba. Kemm ilu ma’ City l-attakkant kiser wieħed mis-swaba ta’ saqajh u weġġa’ wkoll l-irkoppa.
Hu ddeskriva l-għażla li jingħaqad ma’ City bħala l-aqwa deċiżjoni li għamel f’ħajtu. Id-Direttur Sportiv ta’ Manchester City Txiki Begiristain żied li Jesus hu wieħed mill-aqwa attakkanti żgħażagħ fil-futbol mondjali.
Manchester City jilagħbu għada kontra r-rebbieħa tal-FA Cup Chelsea għar-rebħ tal-Community Shield.
//= $special ?>