Numru ta’ filmati minn cameras tas-sigurta’ ġew elevati mill-Pulizija hekk kif dawn is-sigħat se jkunu kruċjali fl-investigazzjonijiet relatati mad-delitt ta’ dalgħodu. Sa issa għadu mhux ċar jekk it-tfajla inqatlitx f’Santa Venera stess, jew jekk ġietx trasportata minn post ieħor.
Il-barranija instabet mejta fi Triq il-Mastrudaxxi b’għonqha imħanxar.
Ir-riżultati tal-awtopsja u l-istħarriġ dwar l-aħħar movimenti tal-barranija se jkunu kruċjali biex jagħtu stampa aktar ċara dwar x’seħħ eżatt fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.
