Lokali

FILMAT: Inċident ieħor mal-lejl max-xatt ta’ San Ġiljan

Persuna barranija l-isptar wara li ttajret minn vettura

Raġel barrani ittajjar minn vettura fi Triq Ġorġ Borg Olivier, San Ġiljan, kmieni l-Ġimgħa filgħodu.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3 ta’ filgħodu meta r-raġel barrani għal xi raġuni kien miexi fi Triq Ġorġ Borg Olivier, ittajjar minn karrozza tat-tip Peugeot 607 u mal-impatt tkaxkar fil-ġenb tat-triq.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija mid-Distrett ta’ San Ġiljan kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassistu lill-vittma. Ir-raġel imbagħad ittieħed l-Isptar, iżda l-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.