Sport Sport Ieħor

Jibdew il-Kampjonati Ewropej għal seba’ federazzjonijiet tal-isport

Bejn it-2 u t-12 ta’ Awwissu ssir l-ewwel edizzjoni tal-Kampjonati tal-Ewropa li jiġbru fihom il-kampjonati ta’ seba’ federazzjonijiet tal-isport. Dan wara li l-assoċjazzjoni tal-atletika l-IAAF, l-assoċjazzjoni tal-għawm il-LEN u l-federazzjonijiet taċ-Ċikliżmu, il-Golf, il-Ġinnastika Artistika, il-Qdif u t-Triathlon, iddeċidew li jorganizzaw il-Kampjonati Ewropej rispettivi fl-istess żmien.

Filwaqt li minn nhar it-Tnejn fl-Istadium Olimpiku ta’ Berlin ikunu fl-azzjoni l-aqwa 1500 atleta f’50 avveniment fl-akbar avveniment għall-Federazzjoni tal-atletika fl-Ewropa.

Il-Kampjonati tal-għawm se jsiru fi Glasgow, fil-post fejn saru l-Logħob tal-Commonwealth fl-2014. B’kollox se jkun hemm programm ta’ 72 avveniment li jiġbru wkoll id-diving, l-għawm u l-għawm sinkronizzat kif ukoll il-kompetizzjoni f’baħar miftuħ.

Fiċ-Ċikliżmu issir kompetizzjoni fit-track u fit-triq kif ukoll fil-Mountain bike u l-BMX. Ser isiru wkoll il-Kampjonati tal-Golf, Ġinnastika Artistika, Qdif u t-Triathlon.