Daniel Ricciardo se jħalli lil Red Bull fi tmiem l-istaġun hekk kif l-Awstraljan se jingħaqad ma’ Renault. Red Bull għadhom iridu jikkonfermaw min se jkun qed jieħu post Ricciardo flimkien ma’ Max Verstappen.
Ricciardo kien mistenni li jġedded il-kuntratt ma’ Red Bull u saħansitra sa dawn il-jiem deher li hu imminenti li jiffirma l-kuntratt fil-jiem tal-brejk jew fil-ġimgħa tal-Grand Prix tal-Belġju. Iżda jidher li din id-deċiżjoni ta’ Ricciardo tista’ tkun simili għad-deċiżjoni li kien ħa Lewis Hamilton meta ħasad lil kulħadd fl-2012 u abbanduna lil McLaren biex ingħaqad ma’ Mercedes.
Is-sewwieq Awstraljan għamel id-debutt fil-Formula 1 fl-2011 fil-Grand Prix tal-Gran Britannja. Wara sentejn ma’ Toro Rosso, Ricciardo ngħaqad ma’ Red Bull fl-2014 fejn magħhom kiseb seba’ rebħiet, 29 podju u 904 punti fil-kampjonati.
//= $special ?>