I
Il-mexxej tal-Oppożizzjoni fiż-Żimbabwe, Nelson Chamisa tal-MDC Alliance, ma aċċettax ir-rebħa tal-elezzjoni Presidenzjali ta’ Emmerson Mnangagwa tal-partit Zanu-PF.
Chamisa qal li kien se jagħmel rikors il-qorti u sostna li l-vot kien imbagħbas favur iz-Zanu-PF.
Din kienet l-ewwel elezzjoni fil-pajjiż minn mindu f’Novembru, Robert Mugabe taz-Zanu-PF, tneħħa mill-poter wara 40 sena fit-tmun tal-pajjiż.
Fil-kapitali, Harare, hemm tensjoni u l-forzi tas-sigurtà qed jgħassu t-toroq. Dan wara li nhar l-Erbgħa, hekk kif tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni Parlamentari li wkoll intrebħet miz-Zanu-PF, inqala’ l-inkwiet u sitt persuni mietu.
It-Tnejn sar il-vot kemm għall-President kif ukoll għall-Parlament.
Mnangagwa rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali b’vantaġġ ta’ 36,464 vot minn akrar minn 4.8 miljun li ntefgħu. Hu b’hekk rebaħ 50.8 fil-mija tal-voti u Chamisa 44.3 fil-mija u l-bqija l-kandidati l-oħra.
Ma jaċċettax ir-riżultat tal-elezzjoni fiż-Żimbabwe


