It-tliet darbiet champion tal-Formula 1 Niki Lauda jinsab jirkupra l-isptar wara li sarlu trapjant tal-pulmun. L-Isptar Ġenerali ta’ Viena qal li l-Awstrijak ta’ 69 sena kien qed isofri marda serja tal-pulmun. L-istqarrija qalet li l-operazzjoni kienet suċċess. Lauda kellu jaqta’ qasir vaganza f’Ibiża l-ġimgħa l-oħra u kien rritorna Vjenna wara infezzjoni fil-pulmun.
Lauda rebaħ il-kampjonat tal-Formula 1 fl-1975, fl-1977 u fl-1984 mal-Ferrari u l-McLaren. Hu nħatar chairman mhux eżekuttiv fl-2012 u kien involut fl-akkwist ta’ Lewis Hamilton.
Proprju fl-1 ta’ Awwissu tal-1976, Lauda kien tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu waqt il-Grand Prix tal-Ġermanja f’Nürburgring b’kawża tax-xita. L-impatt kien vjolenti u Lauda kien anki tilef il-helmet.
Il-karozza Ferrari tiegħu kienet spiċċat f’nofs iċ-ċirkwit u ħadet in-nar. Lauda li kien qed jissielet għall-kampjonat ma’ Hunt, kien salva grazzi għall-interventi ta’ sewwieqa oħra Guy Edwards, Brett Lunger, Harald Ertl u Arturo Merzario li kienu ħarġuh malajr mill-periklu.
//= $special ?>