Lokali

AĠĠORNATA: Arrestat raġel Olandiż wara d-delitt tat-tfajla

Sorsi differenti qalu li hi Olandiża; il-Pulizija kkonfermaw

Wara li xi rapporti ħarġu jgħidu li l-vittma ta’ dalgħodu hi Taljana, jidher illi l-ambaxxata Taljana f’Malta qed tiċħad din l-informazzjoni. Fil-fatt, ftit tal-minuti wara l-istess rapporti bdew jgħidu li t-tfajla li ħanxrulha għonqha ġiet identifikata bħala Shannon Mack Olandiża ta’ 30 sena.

Net News għamel kuntatt dirett mal-Pulizija illi min-naħa tagħhom ikkonfermaw li l-vittma identifikata hi Olandiża. Il-Pulizija arrestaw raġel Olandiż li qed jgħin fl-istħarriġ.

Is-sorsi tagħna mid-Depot qalulna li dawn huma mumenti sensittivi ferm fil-kors tal-investigazzjoni, u kull qlajja’ jew rapport falz jista’ jagħmel aktar ħsara milli ġid.