Aħna lkoll ngħaddu mill-istess esperjenzi fil-ħajja tagħna, mumenti kemxejn ibsin u oħrajn li jkunu anqas, iżda dik hija l-ħajja tagħna.
Dan kien wieħed mill-kummenti tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Akkomodazzjoni Soċjali u Ġlieda kontra l-Faqar, is-Solitudni u l-Eskluzjoni Soċjali Ivan Bartolo, fit-tnedija tal-ktieb tiegħu ‘100 pass’.
Huwa qalilna li ħafna jfittxu l-problema ‘l barra minn fejn tkun il-problema, u huwa ta definizzjoni tal-ħsieb tiegħu fuq dan. Il-‘100 pass’ huwa li permezz tagħhom tasal “għall-quċċata ta’ glorja” fil-ħajja tiegħek, li tkun kuntent u li tqassam il-ferħ tiegħek ma’ dawk ta’ madwarek.
Għajnuna biex tinstab iċ-ċavetta lejn kull opportunità ta’ kuntentezza u serenità.
Mistoqsi fuq il-ħidma tiegħu fil-politika u jekk din kinitx t’ispirazzjoni huwa qal li dan għen u kull esperjenza għalmitu. Huwa saħaq li l-messaġġ huwa indirizzat lejn kull min għaddej mill-isfidi u biex tinstab iċ-ċavetta lejn kull opportunità ta’ kuntenetzza u serenità.
Il-presentazzjoni tal-istess ktieb saret fil-binja tal-AŻAD fil-Belt Valletta u għaliha attendew numru ta’ persuni, inkluż numru ta’ deputati tal-Partit Nazzjonalista.
B’dedika speċjali il-ktieb ġie ddedikat lil ġenituri tal-awtur Ivan Bartolo, Joe u Tessie fl-okkazjoni tal-50 sena anniversarju miż-żwieġ tagħhom.
//= $special ?>