Internazzjonali

RITRATTI: Exercise Pitch Black tar-Royal Australian Air Force

F’Darwin fl-Awstralja ngħata bidu għall-Exercise Pitch Black mir-Royal Australian Air Force (RAAF). Taħriġ militari koordinat mir-RAAF li jsir kull sentejn u jdum sejjer għal tlett ġimgħat.
Fih qed jieħdu sehem aktar minn 4,000 membru tal-miltiar u 140 ajruplan militari minn madwar id-dinja. Fost il-pajjiżi li qed jipparteċipaw hemm il-Kanada, il-Ġermanja, l-Olanda, New Zealand, Singapore, l-Indja, it-Tajlanda, il-Malasja u l-Istati Uniti.