Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi

Sewwieq ta’ mutur isofri feriti gravi wara ħabta ma’ vettura.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-3:45 ta’ wara nofsinhar fi Triq l-Imqabba fis-Siġġiewi, hekk kif għal xi raġuni vettura tat-tip Hino li kienet misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti s-Siġġiewi stess ħabtet ma’ mutur tat-tip Kymco Downtown misjuq minn raġel ta’ 42 sena, residenti l-Floriana.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn feriti ta’ natura gravi. Jidher li s-sewwieq tal-karozza ma ġralu xejn.