Dumitru Calin ta’ 29 sena imwieled fir-Rumanija u residenti fil-Fgura tressaq quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace akkużat li, mingħajr ħsieb li joqtol jew li jqiegħed il-ħajja ta’ ħaddieħor f’periklu ċar, ħebb għal Tase Caloianu, ċittadin ieħor Rumen u kkaġunalu ġrieħi gravi.
L-inċident seħħ fi Triq Kent fil-Fgura nhar il-Ħamis għall-ħabta tad-9p.m. fl-appartament fejn huma residenti kemml-akkużat kif ukoll l-vittma.
L-Akkużat, impjegat fit-Tarzna Palumbo, wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih mill-Ispettur Shawn Pawney. Ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest.
L-Akkużat kien assistit mill-Avukat tal-Għajnuna Legali Leontine Calleja .
//= $special ?>