Lokali Saħħa

Appell urġenti għal donazzjonijiet tad-demm

Hemm bżonn ta' kull tip ta' demm, speċjalment demm tat-tip O Negative

Iċ-Ċentru Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm għamel appell urġenti ieħor għal donazzjonijiet ta’ demm speċjalment O NEGATIVE. Kull min jaf li għandu dan it-tip ta’ demm hu ġentilment mitlub biex jiġi jagħti d-demm, illum stess jekk jista’ jkun!
Iċ-Ċentru osserva li n-numru ta’ donaturi li qed jersqu kuljum kien baxx ħafna f’dawn l-aħħar ġimgħat

Iċ-Ċentru, li jinsab viċin l-Isptar San Luqa, hu miftuħ kuljum, inkluż il-festi pubbliċi  l-Ħdud mit-8.00 am sas 6.00 pm.

Hu importanti li kulmin se jagħti d-demm jieħu miegħu il-Karta tal-Identita’ jew il-Liċenzja tas-Sewqan.