“Nappella biex minnufih jitlaqqa’ l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD, sabiex jiddiskuti ż-żidiet li qed jaffaċċja l-poplu fil-prezzijiet mhux biss tal-petrol u d-diesel imma anke żidiet fil-prezzijiet tal-ikel, u fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma”
Għamel dan l-appell il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Parlament David Agius, waqt il-programm Feedback fuq Net FM. David Agius fakkar kif għal dawn iż-żidiet qed iħallas għalihom il-poplu minn butu.
Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius fakkar kif iż-żidiet fil-prezzijiet tal-fuel mill-Enemed huma ġġustifikati mill-Ministeru tal-Enerġija. Prova oħra kif il-wegħda li l-prezz tal-fuel mhux se jogħla u se jibqa’ stabbli spiċċat wkoll.
Waqt il-programm Feedback, il-Viċi Kap Nazzjonalista għall-ħidma Parlamentari, semma kif dawn iż-żidiet fl-għoli tal-ħajja qed iwasslu biex il-paga u l-pensjoni tan-nies mhux iservuhom.
//= $special ?>