“Ninsab eċitat imma fl-istess waqt ħerqan u nħares ‘il quddiem biex inkun nista’ niddedika ruħi kompletament bħala Isqof Awżiljarju”.
Kien dan il-kumment tal-Monsinjur Joe Galea Curmi ftit qabel daħal fil-Katidral tal-Imdina għall-Ordinazzjoni Episkopali bħala Isqof Awżiljarju.
Mons. Galea Curmi qal li kien qed iħares ‘il quddiem lejn din iċ-ċelebrazzjoni li tgħinu, permezz tal-Ispirtu Qaddis t’Alla, biex ikun jista’ jibda jaqdi l-irwol bħala Isqof Awżiljarju.
//= $special ?>LIVE: L-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Monsinjur Joe Galea Curmi bħala l-Isqof Awżiljarju ta’ Malta