Każ ġdid ta’ salmonella, din id-darba f’razzett fir-Rabat Għawdex.
Fi stqarrija, id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali qal li l-batterja ġiet iżolata mill-kumplament tar-razzett li jinsab fin-numru 133, Triq Santa Domenica, ir-Rabat, Għawdex.
L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-eżerċizzju ta’ sampling sar bħala parti minn programm li qed iwettqu l-awtoritajiet għat-tiftix u l-kontroll tas-salmonella.
Jirriżulta wkoll li l-awtoritajiet ordnaw biex ma jibqgħux jitpoġġew bajd fis-suq li jkun ġej minn dan ir-razzett. Filfatt, il-pubbliku ġie mwissi biex ma jikkunsmax bajd ġej minn dan ir-razzett.
Dan hu t-tieni każ ta’ salmonella identifikat fi żmien ġimgħa wara każ ieħor simili ta’ salmonella f’bajd minn razzett ieħor.
//= $special ?>