Internazzjonali

Immultata talli libset velu fil-pubbliku

Fid-Danimarka, Hekk kif nhar l-Erbgħa daħlet fis-seħħ liġi li tipprojbixxi li jintlibes il-velu li jgħatti l-wiċċ fil-pubbliku, mara ta’ 28 sena kienet immultata wara li rrifjutat li tneħħi niqab – velu Iżlamiku – f’ċentru kummerċjali f’Horsholm.

Dan wara li kien hemm ukoll tilwima ma’ mara oħra li qaltilha li dan issa kien kontra l-liġi. Il-liġi Daniża tgħid li ħadd ma jista’ jgħatti wiċċu fil-pubbliku. Il-multa hi ta’ madwar 100 ewro u tista’ titla’għal madwar 1,000 ewro jekk terġa’ tinqabad.