Hekk kif illejla ssir l-ordinazzjoni episkopali tal-Isqof Awżiljarju elett Monsinjur Joe Galea Curmi, ilbieraħ filgħaxija tbierku l-insinji li se jkun qed juża l-Isqof Awżiljarju l-ġdid.
Iċ‑ċurkett jesprimi l‑fedeltà tal‑isqof lejn il‑Knisja, l‑għarusa ta’ Kristu. Fil‑passat, iċ‑ċurkett kien jingħata b’sinjal ta’ ġieħ, biex jimmarka d‑dokumenti uffiċjali u b’sinjal tal‑għerusija tal‑Isqof mad‑djoċesi tiegħu. Iċ‑ċurkett li se jingħata Mons. Joseph Galea‑Curmi waqt il‑Quddiesa Pontifikali tal‑Ordinazzjoni Episkopali huwa rigal mingħand l‑Arċisqof Charles J. Scicluna.
Il‑mitra tirrapreżenta l‑ħerqa tal‑isqof biex jimxi ’l quddiem fit‑triq tal‑qdusija. Il‑mitra li se jilbes Mons. Joseph Galea‑Curmi hija rigal mill‑parroċċa ta’ Ħal Balzan.
Il‑baklu jfakkar li l‑isqof hu ragħaj li jrid jieħu ħsieb il‑merħla. Il‑baklu ta’ Mons. Joseph Galea‑Curmi huwa rigal milll‑parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.
Informazzjoni u ritratti miġjuba mill-Kurja tal-Arċisqof
//= $special ?>Velja ta’ talb lejliet l-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Joseph Galea Curmi