Matul il-ġurnata tal-Ħadd, 5 ta’ Awwissu – numru ta’ abbatini Maltin u Għawdxin iltaqgħu ma’ Papa Franġisku. Dan hekk kif preżentament dawn l-abbatini qed iservu fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan.
Il-grupp huwa magħmul minn 14-il abbati mid-djoċesi ta’ Malta u 6 mid-djoċesi Għawdxija akkumpanjati minn Dun Frans Bonnici, Dun Mark Ellul u Joseph Bajada, seminarista minn Għawdex.
Intant il-Papa esprima l-pjacir tiegħu hekk kif sar jaf bl-aħbar li tul il-ġurnata tas-Sibt, Mons. Charles Scicluna, Mons. Mario Grech kif ukoll Mons. Pawl Cremona ordnaw lill-Isqof Awziljarju l-ġdid ta’ Malta, Mons. Joe Galea Curmi.
Dan filwaqt li Papa Franġisku talab lill-abbatini biex jitolbu għalih filwaqt li ta kuruna tar-Rużarju lil kull wieħed minnhom. Il-laqgħa tal-abbatini mal-Papa Franġisku intemmet bit-talb u l-barka tal-Papa fuq l-abbatini u l-familji tagħhom.
//= $special ?>


