Lokali

FILMAT: Il-Ministru Joe Mizzi jiddieħaq biż-żieda fil-prezz tal-fjuwil

Il-prezz tal-petrol u d-diesel fl-aħħar jiem reġa’ żdied, din id-darba b’żieda drastika li tlaħħaq il-ħames ċenteżmi għal kull litru.

Żieda li se tħalli impatt fuq il-familji Maltin u Għawdxin, imma wkoll fuq in-negozji u l-ispejjeż tal-operat tagħhom.

Minkejja dan, waqt il-programm tal-analiżi tal-gazzetta fuq l-istazzjon One, il-preżentatur Manuel Micallef u l-Ministru Joe Mizzi ddieħqu b’din is-sitwazzjoni.

Minkejja din iż-żieda, u kuntrarju għal dak li kien sar fil-passat, il-Gvern ma għamel l-ebda konferenza tal-aħbarijiet biex iħabbar dawn iż-żidiet iżda ħabbarha biss bi stqarrija.