Lokali

FILMAT: Raġel jisraq portmoni ta’ impjegata – żewġ persuni jsibuh u jirritornawh

Raġel inqabad minn kameras tas-sigurtà ta’ stabbiliment li jinsab fi Triq it-Turisti, f’San Pawl il-Baħar, waqt li jdaħħal idu f’basket ta’ waħda mill-impjegati u jisraqilha l-portmoni.

Ir-raġel jidher l-ewwel jittawwal fil-basket, qabel jipprova jaħbi dak li qed jagħmel mill-kameras. Malli rnexxielu, hu telaq ‘il barra bil-portmoni li fortunatament kien fih biss ftit flus imma wkoll karta tal-identità, liċenzja tal-baħar u Visa.

Xi ħin wara, is-sidien irċivew il-portmoni lura mingħand żewġ barranin, raġel mis-Serbja u ieħor mill-Maċedonja li sabuh fil-pjazza ta’ Buġibba u fittxew ir-residenza skont id-dokumenti uffiċjali u rritornawhom lura. Huma ġew ippremjati tal-ġest tagħhom.

Sid l-istabbiliment qed jappella għall-għajnuna tal-pubbliku biex jidentifika lill-ħalliel u tittieħed azzjoni fil-konfront tiegħu, filwaqt li wissa’ lil ħaddieħor biex joqgħod attent.