Lokali

Jittieħed l-isptar wara li allegatament intlaqat b’mus f’B’Buġa

Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Birżebbuġa ddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li sofra ġrieħi waqt il-festa tal-lokalità.
Il-pulizija kkonfermaw dan u qalulna li kien għall-ħabta tas-14.15 ta’ wara nofsinhar.

Jirriżulta li f’dan il-każ intużat arma bil-ponta u taqta’, bil-Pulizija qed iżżomm raġel ta’ 68 sena minn Birżebbuġa sabiex jgħinha fl-investigazzjonijiet.

Persuni li kienu fil-post qalulna li waqt li l-marċ kien fi Triq Birżebbuġa, l-anzjan ipprova jidħol fil-marċ iżda nżamm. Kien hawn li qabad ixejjer mus li bih laqat lill-vittma, li ma kellux x’jaqsam fil-każ.

Il-kundizzjoni taż-żagħżugħ għadha mhux magħrufa.